Wirja
- Wirja: Id-Dikjarazzjoni ta’ Schuman
- L-isfidi tal-Pjan ta' Schuman
Franza, il-Ġermanja, l-Italja u t-tliet pajjiżi tal-Benelux malajr daħlu f'negozjati biex iħejju trattat. Fuq il-livell istituzzjonali, il-pajjiżi tal-Benelux beżgħu li jisfaw maħkuma minn nukleu Franko-Ġermaniż u għalhekk esiġew Awtorità Għolja tassew indipendenti.
L-ambjenti ekonomiċi beżgħu minn forma ta' diriġiżmu. Id-diffikultajiet ekonomiċi u tekniċi kienu jikkonċernaw speċjalment iż-żarmar tal-kartelli tal-industrija peżanti tar-Ruhr. Ġew ukoll solvuti kwistjonijiet politiċi bħall-kompożizzjoni tal-Awtorità Għolja tal-KEFA.